Ivan Juric jew Marco Giampaolo fuq il-bank ta’ Torino

Wara t-telfa umiljnati ta’ 4-1 li sofrew kontra Juventus, Torino qed ifittxu coach ġdid għall-istaġun li ġej, hekk kif tidher ferm diffiċli li dan il-club iżomm lil Moreno Longo fit-tmexxija tat-team.

Huwa għalhekk li d-direttur sportiv tal-Granata, Davide Vagnati, qed ifittex soluzzjonijiet ġodda u għandu f’moħħu coach bejn Marco Giampaolo u Ivan Juric.

Giampaolo ġej minn esperjenza xejn sabiħa fil-bidu tal-istaġun li għadda meta tneħħa mit-tmexxija ta’ AC Milan wara biss ftit ġimgħat fil-kariga.

Min-naħa ta’ Juric, dan għamel il-mirakli ma’ clubs żgħar fejn kien kapaċi jsalvahom mir-relegazzjoni. Dan tal-aħħar jibqa’ l-favorit li jimla l-postta’  Longo li jidher li għandu l-aħħar ġranet mat-team tan-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Share With: