Iż-żewġ clubs ta’ Manchester interessati f’Kingsley Coman

Manchester City u Manchester United jinsabu f’taqtiegħa bejniethom għall-firma tal-winger ta’ Bayern Munich, Kingsley Coman.

Ir-Red Devils huma favoriti li jiksbu s-servizzi ta’ dan il-player li fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Paris St Germain u Juventus.

Matul dan l-istaġun, il-player ta’ 24 sena lagħab 35 partita ma’ Bayern Munich u skorja seba’ goals filwaqt li pprovda seba’ assists oħra. Huwa għen ukoll lil dan it-team jirbaħ it-tmien titlu konsekuttiv tal-Bundesliga.  

Share With: