Jack Grealish bejn iż-żewġ clubs ta’ Manchester

Iż-żewġ clubs mill-istess belt jiġifieri, Manchester City u Manchester United, se jkunu qed jilagħbu derby fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf minħabba li t-tnejn jixtiequ s-servizzi tal-winger internazzjonali Ingliż Jack Grealish. Huwa għandu 24 sena u jinsab fil-kotba ta’ Aston Villa. Hu lagħab 153 darba mal-Villans u skorja 22 goal.

L-iktar favoriti li jieħdu lil dan il-player huma s-Citizens minħabba li jridu jsibu alternattiva għal Leroy Sane li jidher li se jingħaqad ma’ Bayern Munich. Iżda huma jridu joqogħdu attenti minn Manchester United li lesti joffrulu offerta tajba f’dan ir-rigward. 

Grealish kien beda jilgħab mat-team nazzjonali Irlandiż iżda wara li kieb il-passaport Ingliż iddebutta mat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena.

Share With: