James Milner jixtieq jikkowċja fil-futur

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Liverpool, James Milner, żvela li ladarba jirtira mil-logħba tal-football qed jikkunsidra li jkollu rwol ta’ coach f’Anfield.

L-ex player internazzjonali Ingliż kien parti importanti għall-iskwadra tar-Reds li biha rebħu l-kampjonat wara nuqqas ta’ 30 sena.

Milner ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2015 fejn ġie akkwistat mingħand Manchester City. Huwa meqjus bħala plejer versatili ferm tant li apparti li jilgħab bħala midfielder, kapaċi wkoll jaqdi dmiru bħala winger jew difensur xellugi.

Milner temm jgħid li dan il-club tah ħafna kemm ilu magħhom u għalhekk jixtieq ikompli bl-isport li tant iħobb taħt kappa oħra.

Share With: