Jan Verthongen jitlaq lil Tottenham wara tmien snin

Kif mistenni d-difensur internazzjonali Belġjan Jan Verthongen ħalla lil Tottenham Hotspur wara li kien ilu tmien snin mal-club minn Londra. Il-player ta’ 33 sena mar fuq il-profil soċjali fuq Twitter sabiex irringrazzja personalment lil dawk kollha li kienu miegħu f’dawn is-snin li għaddew. Huwa radd ħajr lill-partitarji li laqgħuh sa mill-ewwel mumenti li rifes White Hart Lane.

Verthongen sostna li se jħoss in-nuqqas tal-kollegi tiegħu għalkemm issa wasal iż-żmien li tinbeda paġna ġdida.

Verthongen ingħaqad ma’ Spurs fis-sajf ta’ tmien snin ilu u minn dakinhar  skorja sitt goals f’232 partita.

Share With: