Jan Vertonghen bejn Inter u Roma?

Inter u Roma qed iħarsu b’attenzjoni lejn il-progress tad-difensur internazzjonali Belġjan, Jan Vertonghen. Huwa għandu 33 sena u jinsab fl-aħħar jiem tal-kuntratt tiegħu ma’ Tottenham Hotspur.

Vertonghen ma jidhirx li se jġedded il-kuntratt tiegħu mat-team minn Londra wara li qatta’ perjodu ta’ tmien snin hemmhekk.

Meta mistoqsi dwar x’se jiġri minn Vertonghen, il-coach ta’ Tottenham Jose Mourinho qal li hu mhux kapaċi jwieġeb din il-mistoqsija u sostna li kollox jiddependi mill-eks player ta’ Ajax Amsterdam u RKC Waalwijk.

Vertonghen lagħab 232 partita ma’ Spurs u skorja sitt goals.

Share With: