Jean Castex nominat bħala l-Prim Ministru l-ġdid Franċiż

Il-President Franċiż Emmanuel Macron innomina lil Jean Castex bħala l-Prim Ministru ġdid Franċiż wara li Edouard Philippe rriżenja lbieraħ.

Macron qed jagħmel reshuffle tal-Gvern biex jiffoka fuq it-tisħiħ ekonomiku wara xhur ta’ lockdown ekonomiku.

Castex, ta’ 55 sena, huwa uffiċjal pubbliku li ħadem f’diversi karigi taħt gvernijiet differenti. Il-ftuħ gradwali mill-ġdid ta’ Franza s’issa kienet meqjusa bħala li kienet ġeneralment suċċess.

Diversi membri mill-Gvern mistennijin li jitneħħew mill-kariga tagħhom fil-proċess ta’ reshuffle.

Share With: