Jeremie Boga fir-radar ta’ Napoli

Napoli qed ikomplu jkunu attivi fis-suq tat-trasferimenti fejn qed jaħdmu bla heda biex jiffirmaw lil Jeremie Boga. Dan il-player ta’  23 sena huwa mill-Ivory Coast filwaqt li bħalissa qed jilgħab ma’ Sassuolo. 

Boga jilgħab f’nofs il-ground u l-kwalitajiet tiegħu ma ħarbux l-għajnejn attenti tal-iscouts Partenopei li qed jagħmlu minn kollox biex jiksbu l-firma tiegħu.

Id-direttur sportiv ta’ Napoli, Cristiano Giuntoli, qed ikellem lir-rappreżentant tal-player biex jaslu għal xi forma ta’ ftehim u eventwalment ikun jista’ jiftiehem għat-trasferiment eventwali.

Boga lagħab 52 partita ma’ Sassuolo u skorja 13-il goal.

Share With: