Jgħid li huwa l-“Golden State Killer”; Jammetti għal 13-il omiċidju u għexieren ta’ stupri

Anzjan eks-pulizija nhar it-Tnejn li għadda ammetta li kien is-serial killer vjolenti magħruf bħala il-“Golden State Killer”. Huwa ammetta għal 13-il omiċidju, għexieren ta’ stupri u serqiet minn residenzi li tterrorizzaw lil Kalifornja bejn is-snin 70 u 80.

Joseph James DeAngelo, ta’ 74 sena, ammetta għar-reati bħala parti mill-ftehim mal-prosekuturi bil-għan li jeħles il-piena tal-mewt.

DeAngelo issa se jkun qed iqatta’ l-kumplament ta’ ħajtu l-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ parole.

Prosekuturi qalu li l-ftehim jassigura li qraba tal-vittmi u persuni li rnexxielhom jeħilsuha mill-mewt jgħixu biex jaraw il-każ jiġi solvut, filwaqt li jevitaw proċeduri legali jafu jtawlu għaxar snin.

Share With: