Jinstabu aktar minn €35,000 fi flus kontanti fuq passiġġier

Uffiċjali tad-Dwana ta’ kontra l-Ħasil tal-Flus, flimkien mat-Taqsima tal-Klieb tad-Dwana, sabu €35,800 fil-hand luggage ta’ passiġġier li kien se jaqbad titjira lejn Frankfurt.

Meta mistoqsi, il-passiġġier qal li ma kellu xejn x’jiddikjara madankollu l-kelb tad-Dwana “K9 Charlie” xamm il-flus li kienu qed jinġarru fil-bagalja. L-indikazzjoni tal-kelb wasslet biex l-uffiċjali tad-Dwana preżenti jissottomettu lill-passiġġier għal tfittxija fejn instabet iċ-ċifra sostanzjali ta’ flus.

Fil-bagalja nstab ukoll ċekk ta’ aktar minn €12,000.

Il-pulizija ħadu lill-passiġġier fil-kustodja tagħhom u mistenni li jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Share With: