Jintlaqa’ l-appell ta’ Manchester City kontra s-sospensjoni ta’ sentejn

Il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) ħabbret li Manchester City ma nstabux ħatja ta’ rregolaritajiet fil-Financial Fair Play.

Għaldaqstant il-club Ingliż rebaħ l-appell ta’ sentejn sospensjoni imposta mill-UEFA fi Frar li għadda wara akkuża li kisru r-regolamenti tal-FFP bejn l-2012 u 2016.

Barra minn hekk il-multa ta’ €30 miljun ġiet imnaqqsa għal €10 miljuni.

Stqarrija maħruġa mill-CAS kienet tgħid li Manchester City naqsu milli jikkoperaw mal-UEFA dwar dan il-każ iżda d-deċiżjoni maħruġ mid-Dipartiment tal-Finanzi tal-UEFA ġiet imdawra.

Min-naħa tagħhom, is-City qalu li d-deċiżjoni kienet tirrifletti l-validitá tal-pożizzjoni tal-club kif ukoll l-evidenza li ppreżenta.

Barra minn hekk il-club xtaq jirringrazzja lill-panel tal-membri tad-diliġenza tagħhom waqt il-proċess ta’ dan il-każ li huma amministraw.

Share With: