Jinżamm arrestat wara li darab persuna f’Għawdex

Marokkin ta’ 36 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex fejn ġie mixli li darab ħafif persuna bi strument li jaqta’ u bil-ponta, li ġarr l-istess strument mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika.

Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-10.30 p.m. waqt li kien fi Triq in-Naħla, iż-Żebbuġ, Għawdex. Il-Marokkin kien akkużat ukoll li nhar it-Tnejn li għadda, għamel użu mhux xieraq ta’ apparat ta’ komunikazzjoni elettronika u li hedded persuna oħra bl-istess apparat.

Akkużi oħra li nġiebu kontrih jgħidu li fl-istess jum, waqt li kien fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex, volontarjament kiser il-bon ordni.L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

Share With: