Jirriżulta l-ewwel każ ta’ Covid-19 marbut ma’ attivitajiet ta’ festa

Fi stqarrija fuq il-paġna tal-Ministeru għas-Saħħa, wara aktar investigazzjonijiet fir-rigward tal-każi pożittivi ta’ Covid-19, kien hemm każ sporadiku li attenda l-attivitajiet tal-festa ta’ Santa Venera li żvolġew il-ġimgħa li għaddiet. Għaldaqstant dan huwa l-ewwel każ ta’ Covid-19 relatat direttament ma’ attivitajiet tal-massa tal-festa.

L-awtoritajiet tas-saħħa għamlu referena b’mod partikolari min żar il-każin tal-banda nhar l-Erbgħa li għadda u l-marċ ta’ nhar il-Ħamis li għadda.

Persuni li attendew dawn l-attivitajiet huma mħeġġin li jċemplu 111 biex jagħmlu testijiet filwaqt li joqogħdu attenti għas-sintomi relatati mal-Covid-19 għall-ġimagħtejn li ġejjin.

Share With: