Jitneħħa l-avviż legali li kien jirregola tipjip viċin restoranti

Il-Ministeru tas-Saħħa neħħa l-avviż legali li ma kienx jippermetti lil klijenti ta’ restoranti milli jpejpu f’żoni barra l-istabbiliment.

L-avviż legali kien ġie fis-seħħ f’Mejju li għadda, u ma kienx jippermetti tipjip ta’ prodotti tat-tabakk sa distanza ta’ għaxar metri minn postijiet li jservu l-ikel.

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci kienet saħqet li b’aktar persuni jieklu fiż-żoni ta’ barra tar-ristoranti, fejn ir-riskju tat-trasmissjoni tal-Covid-19 ikun inqas, allura kien meħtieġ li s-saħħa ta’ dawk il-persuni li ma jpejpux tiġi protetta.

Sidien ta’ ristoranti kienu lmentaw mill-miżura, u kienu saħqu li din kienet qed tirriżulta f’nuqqas ta’ klijenti.

Share With: