Jitolbu lil Delia jqiegħed il-partit u l-interess tal-pajjiż l-ewwel … Il-pass li jmiss jibqa’ misteru

Fi stqarrija ffirmata mill-Membri Parlamentari Chris Said u Therese Comodini Cachia f’isem id-19-il deputat li lbieraħ kienu favur il-vot ta’ sfiduċja fil-kap tal-Oppożizzjoni.

David Thake fl-aħħar ħin ippubblika din l-istqarrija li fiha d-deputati urew ix-xewqa li pajjiżna jerġa’ għan-normalità, jerġa’ jikseb r-reputazzjoni tiegħu u jerġa’ jistabbilixxi demokrazija b’saħħitha.

Huma appellaw lil Adrian Delia biex f’dawn iċ-ċirkostanzi mwegħra jqiegħed il-partit u l-interess tal-pajjiż l-ewwel.

Minkejja dan dawn id-deputati naqsu milli jressqu l-isem tal-persuna li jista’ jkun li jimla post Adrian Delia bħala kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid.

Intant il-kap tal-PN fl-aħħar sigħat f’konferenza stampa ħabbar li mhux se jaqta’ qalbu u li t-tesserati jridu jkunu rrispettati u leħinhom jrid jinstema’.

Aqra l-istqarrija sħiħa hawn taħt:

Share With: