Jittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tal-UEFA Europa League

Manchester United se jkunu qed jiffaċċjaw lil Istanbul Basaksehir jew Copenhagen fil-kwarti-finali tal-Europa League waqt li Wolves jistgħu jiltaqgħu kontra Sevilla jew Roma.

Rangers jiltaqgħu kontra Inter jew Getafe jekk jirnexxielhom jagħmluha sal-kwarti-finali.

Man Utd u Wolves jiltaqgħu fis-semi-finali jekk huma jirnexxielhom jagħmluha sa dan l-istadju.

It-tliet timijiet Ingliżi fadlilhom it-tieni leg mir-round tal-aħħar 16 x’jilagħbu, b’Manchester United għandhom vantaġġ ta’ 5-0 kontra LASK, waqt li Wolves temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Olympiakos.

Rangers kienu tilfu bl-iskor ta’ 3-1 kontra Bayer Leverksuen fl-ewwel leg.

Il-legs ta’ ritorn se jkunu qed jintlagħbu fil-5 jew is-6 ta’ Awwissu. Manchester Utd u Wolves jilagħbu ġewwa darhom, iżda Rangers jilagħbu fil-Ġermanja.

Il-partiti mir-round tal-Aħħar 16 bejn Inter u Getafe u Seville kontra Roma, it-tnejn se jkunu qed jintlagħbu fuq logħba waħda fil-Ġermanja wara li l-imxija tal-coronavirus fl-Italja u fi Spanja wasslet biex l-ewwel legs jiġu kkanċellati.

L-aħħar tliet rounds, li wkoll se jkunu qed jintlagħbu fuq logħba waħda, se jkunu qed jintlaghbu fil-Germanja fl-istadia ta’ Duisburg, Fortuna Dusseldorf, Schalke u Cologne. 

L-istadium ta’ Cologne se jkun qed josita l-finali nhar il-21 ta’ Awwissu, wara li oriġinarjament kienet skedata li tintlagħab fi Gdansk fil-Polonja.

Il-UEFA qalet li dawn il-partiti se jkunu qed jintlagħbu bil-bibien magħluqa.

Poloz:

5-6 ta’ Awwissu

Partiti mir-Round tal-aħħar 16: Copenhagen v Istanbul Basaksehir (0-1), Wolves v Olympiakos (1-1), Bayer Leverkusen v Rangers (3-1), Shakhtar Donetsk v Wolfsburg (2-1), Basel v Eintracht Frankfurt (0-3), Manchester United v LASK (5-0), Inter Milan v Getafe (l-ewwel leg abbandunat), Sevilla v Roma (l-ewwel leg abbandunat).

Kwarti tal-finali, 10-11 ta’ Awwissu

1. Wolfsburg/Shakhtar Donetsk v Eintracht Frankfurt/Basel

2. LASK/Manchester United v Istanbul Basaksehir/Copenhagen 

3. Inter/Getafe v Rangers/Bayer Leverkusen

4. Olympiakos/Wolves v Sevilla/Roma 

Semi-finali, 16-17 ta’ Awwissu

Rebbieħ tal-kwarti-finali 4 v rebbieħ tal-kwarti tal-finali 2

Rebbieħ tal-kwarti-finali 3 v rebbieħ tal-kwarti tal-finali 1

Finali, 21 ta’ Awwissu

Share With: