Joseph Mbong jingħaqad ma’ Hamrun Spartans b’mod uffiċjali

Joseph Mbong huwa uffiċjalment player ġdid ta’ Hamrun Spartans wara li nhar l-Erbgħa filgħodu ntlaħaq ftehim bejn l-Ispartans u Hibernians rigward it-trasferiment ta’ dan il-player internazzjonali Malti.

Dawn iż-żewġ clubs ilhom għaddejjin bit-taħdidiet għal dawn l-aħħar jiem iżda fl-aħħar sigħat intlaħaq ftehim finali bejn iż-żewġ naħat li se jkun qed jara lil Mbong jilbes il-flokk aħmar u iswed għall-ħames snin li ġejjin.

Dan huwa t-tielet akkwist maġġur minn Hamrun Spartans wara dak ta’ Juan Carlos Corbalan mingħand Gzira United u Imanol Iriberri mingħand l-istess Hibernians.

Huwa mifhum li Mbong se jkun qed jaqsam lejn Għawdex, biex hemmhekk jingħaqad ma’ sħabu l-ġodda li jinsabu għaddejjin bi training camp tal-pre-season immexxi mill-coach il-ġdid Mark Buttigieg.

Share With: