Jurgen Klopp jawgura lil Adam Lallana

Il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp sellem lil Adam Lallana li fi tmiem l-istaġun se jħalli r-Reds biex jingħaqad ma’ Leicester City.

Klopp qal li kemm ilu jikkowċja lil Lallana dejjem ra fih bniedem professjonali li ried dejjem itejjeb il-livell tiegħu. Hu qal li l-kampjonat mirbuħ ftit tal-jiem ilu hu xhieda kemm Lallana kien parti minn dan is-suċċess. 

Klopp ammetta li se jħoss in-nuqqas ta’ dan il-player li kien motivatur kbir u awguralu suċċess kbir fl-avventura tiegħu li se tibda ftit tal-ġimgħat oħra.

Lallana ingħaqad mar-Reds fis-sena 2014 mingħand Southampton u filwaqt li lagħab 128 logħba, skorja 18-il goal … bl-aħħar wieħed ikun dak fid-draw ta’ 1-1 kontra Manchester United, f’Old Trafford.

Share With: