Kai Havertz jinforma lil Bayer Leverkusen li jrid jitlaq

Komplew jikbru t-tamiet li Chelsea jakkwistaw lil Kai Havertz mingħand Bayer Leverkusen matul dan is-sajf hekk kif dan il-player talab li jħalli lil dan il-club Ġermaniż, bil-manager tal-Blues, Frank Lampard, iżda se jkollu sfida ġejja mill-ġganti Spanjoli ta’ Real Madrid biex jakkwista lil dan il-player.

Chelsea qed ifittxu li joffru somma tajba għal dan il-player ta’ 21 sena, waqt li qed jiġi rrapurtat li Havertz xejn mhu kuntent bl-esperjenza tiegħu ma’ Leverkusen u qed juri xewqa li jimbarka fuq esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu.


Dan l-attakkant huwa vvalutat  £75 miljun iżda Chelsea jridu jħallsu l-klawsola tar-release tiegħu li tammonta għal £90 miljun biex jakkwistawh. Il-Blues huma lesti li jħallsu din is-somma iżda bil-mod il-mod u mhux f’daqqa.

Madankollu, Chelsea, qed jaffaċċjaw kompetizzjoni minn Real Madrid għall-firma tiegħu b’dawn tal-aħħar iżda jidher li minħabba fatturi finanzjarji, ikollhom ibiegħu xi players minn tagħhom biex jagħmlu tajjeb għall-akkwist tiegħu.

Havertz kellu staġun mill-aqwa ma’ Leverkusen fejn skorja 17-il goal fi 43 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-wirjiet tiegħu xprunaw lill-club biex itemm il-Bundesliga fil-ħames post, waqt li huma temmew ukoll bħala runners-up fit-Tazza Germaniża.

F’kummenti li ta matul ix-xahar li għadda, id-direttur sportiv ta’ Bayer Leverksuen u ex player leġġendarju Ġeramaniż Rudi Voller wera tama li huma jistgħu jżommu lil dan il-player ta’ talent.

Fi kliemu: “Għadna ma qtajniex qalbna li huwa se jibqa’ magħna. Aħna se nkunu qed nipprovdulu kull possibiltá fejn huwa jista’ juri bis-sħiħ it-talent u l-kapaċitajiet li jippossjedi. Huwa swiena ferm matul l-aħħar staġun, speċjalment fit-tieni parti tiegħu.”

Share With: