Kanċellati l-parties li kellhom isiru llejla u għada fir-Radisson ta’ San Ġiljan

Il-Lukanda Radisson Blu Resort f’San Ġiljan ħabbret li se tkun qiegħda tikkanċella l-parties li kellhom isiru llejla u għada filgħaxija fl-istess lukanda.

Dawn il-parties kienu se jiġu organizzati minn entitajiet terzi u l-lukanda kienet se sservi biss bħala post b’servizz ta’ kera.

Dawk inkarigati mit-tmexxija tal-lukanda se jkomplu jġibu s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk li jżuruha u għalhekk qed ikun żgurat li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa skont r-regolaritajiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali.

Il-lukanda tibqa’ tiffunzjona skont l-operat tagħha b’mod normali.

Share With: