Kelb fil-Brażil jattakka tewmin meta l-omm kienet qiegħda tkellem lill-ġirien

Miktub minn ANTHEA CACHIA

Tewmin ta’ ftit ġimgħat sfaw maqtula mill-kelb tal-familja waqt li l-omm kienet qed titkellem mal-ġirien. L-omm, Elaine Novias, bdiet tisma xi ħsejjes ġejjin mill-kamra fejn kienu qegħdin iż-żewġt ibniet, Anne u Analu. Hekk kif daħlet fil-kamra biex tara x’kien qiegħed jikkawża l-ħsejjes, rat ix-xena makabra. 

Hija rrnexxiela tneħħi l-kelb minn fuq ulieda, u ċemplet ħabiba tal-familja li kienet infermiera għall-assistenza. Minkejja dan, il-kelb ikkawża ġrieħi fatali lejn in-naħa taż-żaqq. 

Elaine, li kienet ilha tixtieq it-tfal għal disa’ snin, tat l-ewwel għajnuna lil Anne u Analu qabel ma ttieħdu l-ispar, minkejja waħda mill-bniet kienet iddikjarata mejta fi triqitha lejn l-isptar filwaqt li l-oħra kienet f’kundizzjoni kritika. Minkejja l-isforz tat-tobba, it-tifla l-oħra ma setgħux isalvawha. 

L-Awtoritajiet lokali qalu li mhumiex se jiftħu investigazzjoni fuq dan il-każ hekk kif it-tabib li kien jieħu ħsieb lil Elaine fit-tqala tagħha qal li l-omm dejjem rat li tieħu ħsieb lil uliedha b’mod adegwat. 

Membru tal-familja stqarr li l-kelb, li kien tar-razza Labrador, kien kelb fidil. “Aħna naħsbu li mat-twelid tat-tfal, huwa ma bediex jingħata attenzjoni daqs qabel u għalhekk din setgħet ikkawzat xi rabja jew għira li setgħet wasslet għall-attakk fuq it-trabi,” sostna dan il-membru tal-familja. 

Share With: