Kepa Arrizabalaga ma’ Valencia?

Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol Kepa Arrizabalaga se jkun qed iħalli lil Chelsea ftit tal-jiem oħra. Sar magħruf li l-coach Frank Lampard tilef il-paċenzja ma’ dan il-goalkeeper u għalhekk qed jirsisti sabiex jiġi rilaxxat.

Huma u jinnutaw dan kollu tfaċċaw Valencia CF li jixtiequ jiksbu l-firma tiegħu.

Sar magħruf li se jkun hemm laqgħa fl-aħħar ta’ dan ix-xahar bejn ir-rappreżentant ta’ Kepa u l-ogħla awtoritajiet ta’ Valencia sabiex jiġu stabbiliti d-dettalji ta’ dan it-trasferiment.

Kepa ingħaqad mal-Blues fis-sena 2018 u minn dakinhar  iddefenda l-lasti tagħhom għal 69 darba.

Share With: