Koalas jirritornaw fid-dar naturali tagħhom wara li nirien kbar kienu qerdu l-foresti Awstraljani

Aktar kmieni din is-sena foresti fl-Awstralja inbidlu f’infern ta’ nar, b’konsegwenza li nqerdu ħafna eko-sistemi u ħafna annimali sfaw orfni, bid-dar naturali tagħhom meqruda.

Minkejja dan, ftit xhur wara din it-traġedja, fil-jiem li għaddew, grupp ta’ koalas kienu rritornati fid-dar naturali tagħhom bil-għan li din ir-razza terġa’ ssib darha u tirritorna għall-ħajja normali.

Share With: