Konrad Mizzi jirribatti għall-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-Vitals

F’rapport ippubblikat illum, l-Awditur Ġenerali esprima tħassib dwar MOU li kien ġie ffirmat fl-2014 bejn il-gvern u xi…

Posted by Konrad Mizzi on Tuesday, July 7, 2020

Fid-dawl tar-rapport maħruġ mill-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt li ingħata lill-Vitals, l-eks Ministru Konrad Mizzi, irribatta dan ir-rapport billi qal li “jien ma ffirmajtx dan l-MOU u qatt ma kelli aċċess għalih.”

Huwa kompla jgħid l-Malta Enterprise kienu “ippreżentaw il-proġett maħsub fl-MOU lill-Ministeru għas-Saħħa.” Mizzi spjega li dak iż-żmien, fil-kariga ta Ministru informa li l-proposta li kienet iddiskutiet mal-investituri “ma kinitx tagħmel sens fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika.”

Share With: