Kristy Debono u Herman Schiavone fost dawk mgħajrin bħala “it-tradituri tal-PN”

Id-deputati Nazzjonalisti Kristy Debono u Herman Schiavone huma fost id-deputati Nazzjonalisti li qegħdin jitqiesu bħala “tradituri” tal-Partit Nazzjonalista. 

Filwaqt li dawn iż-żewġ deputati kienu jitqiesu bħala tnejn minn dawk li kienu fuq in-naħa tal-Kap Nazzjonalista, Adrian Delia, jidher li fil-vot li ttieħed aktar kmieni din il-ġimgħa huma kienu tnejn minn fost id-19-il membru parlamentari li ċaħduh. 

Fil-fatt, qiegħda tiċċirkola lista ta’ dawk id-deputati li vvotaw kontra l-kap tagħhom. Apparti dawn it-tnejn, il-lista tinkludi wkoll lil Chris Said, Claudio Grech, Jason Azzopardi, David Thake, Karl Gouder, Kevin Cutajar, Therese Commodini Cachia, Beppe Fenech Adami, Claudette Buttigieg, Karol Aquilina, Ivan Bartolo (ta’ San Ġwann), Mario Demarco, David Casa u Roberta Metsola. 

Min-naħa l-oħra, kienu David Agius u Edwin Vassallo li ddikjaraw pubblikament li huma jappoġġjaw lill-Kap tagħhom Adrian Delia. 

Intant, s’issa għadu mhux magħruf jekk il-President ta’ Malta għamilx kuntatt mad-Deputat li sfiduċjaw lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Skont il-Kostituzzjoni, il-President ta’ Malta jrid jaħtar lil dak id-deputat ttal-Oppożizzjoni li jgawdi l-akbar appoġġ tad-deputati fl-Oppożizzjoni.

Share With: