Kurstein Sant jirreżenja mill-kariga ta’ Sindku

Is-Sindku tas-Siġġiewi fl-aħħar ħin ħabbar li minħabba ċirkostanzi ġodda ta’ xogħol li żviluppaw dawn l-aħħar ġimgħat, se jkollu jirreżenja mill-kariga ta’ Sindku tal-lokalita. Huwa qal li jinsab grat lejn il-mijiet ta’ nies li wrew fiduċja fih, u kommess li anke bħala kunsillier ser ikompli jaħdem sabiex jirrapreżenta l-interessi tas-Siġġiwin kollha.

Kurstein Sant elenka fil-qosor parti mill-ħidma tiegħu f’dawn l-aħħar xhur.


Share With: