L-Afrika t’Isfel tipprepara għall-agħar sitwazzjoni… 1.5 miljun qabar għall-Coronavirus

Il-pandemija tal-Coronavirus qiegħda tilħaq l-aqwa veloċità tagħha u għalhekk il-Kap taċ-Ċentri tal-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li hu tajjeb li jippreparaw għall-agħar xenarju. 

Hu qal dan wara li uffiċjal mill-Afrika t’Isfel qal li provinċja waħda qiegħda taħseb għal 1.5 miljun qabar. 

Dan ingħad wara biss ġurnata li ġie kkonfermat li hemm aktar minn nofs miljun każ ta’ Coronavirus fl-Afrika u 12,000 mewt. Madankollu, peress li mhux qed isiru ħafna testijiet, allura n-numri vera mhumiex magħrufin. 

Bħalissa, fil-provinċja ta’ Gauteng, fejn hemm Johannesburg u l-belt kapitali ta’ Pretoria, hemm l-akbar ammont ta’ każi, li jammontaw għal aktar minn 75,000 każ jew inkella 33% tal-popolazzjoni. 

Share With: