L-aħħar ġurnata tal-elezzjoni li taf testendi t-tmexxija ta’ Putin sal-2036… indikazzjonijiet li rebaħ ħames sigħat qabel tintemm il-votazzjoni

Il-vot kostituzzjonali, li permezz tiegħu l-President Russu Vladimir Putin jista’ jestendi t-tmexxija tiegħu sal-2036, mistenni jiġi fi tmiemu llum wara ġimgħa sħiħa li kien ilu għaddej. 

Il-vot madwar il-pajjiż kollu dwar dawn l-emendi jippermettu li ż-żmien ta’ tmexxija ta’ Putin jerġa’ jibda minn żero u jħalluh iservi żewġ termini oħra ta’ sitt snin. 

Għall-ewwel darba fir-Russja, l-elezzjonijiet baqgħu għaddejjin ġimgħa biex jonqsu l-folol ta’ nies u biex ikun hemm ammont kbir ta’ nies li jmorru jivvotaw waqt il-pandemija tal-Coronavirus. 

F’dawn l-emendi, qed jiġi enfasizzat li l-liġi Russa hi superjuri fuq in-normi internazzjonali, kif ukoll li ż-żwiġijiet bejn l-istess sess huma kontra l-liġi. Isemmu wkoll li t-twemmin f’Alla hu valur ewlieni li jrid jiġi rispettat. 

Putin ilu president jew prim ministru għall-aħħar 20 sena. Hu introduċa r-riformi għall-kostituzzjoni tal-1993 f’Jannar li għadda.

Share With: