L-applikazzjonijiet għal impjiegi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi se jerġgħu jiftħu fil-jiem li ġejjin

L-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ permessi ta’ xogħol f’pajjiżna lil ċittadini barra mill-Unjoni Ewropea se tkun qed terġa’ tinfetaħ fil-jiem li ġejjin.

Qal dan is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat fis-seduta ta’ dalgħodu fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistqosija tad-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris.

L-applikazzjonijiet għal permess għal impjieg lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi twaqqfet wara li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19.

Intant Muscat qal li kienu dawk iċ-ċittadini li kienu tilfu l-impjieg tagħhom li kellhom il-permess terminat. Waqt li kien qed iwieġeb għall-mistqosija ta’ Castaldi Paris, Muscat żied jgħid li l-applikazzjonijiet mistennijin jerġgħu jibdew jintlaqgħu fil-jiem li ġejjin.

Share With: