L-attriċi ta’ Glee Naya Rivera rrapportata nieqsa… Binha jinstab waħdu fuq dgħajsa

L-attriċi Naya Rivera, li ħadmet fis-sensiela famuża ta’ Glee, kienet irrapportata nieqsa hekk kif ilbieraħ, flimkien ma’ binha kienet f’South Carolina Lake.

L-awtoritajiet kienu msejħa, wara li n-nies indunaw li fuq dgħajsa waħdu kien hemm binha.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ permezz tal-bugħaddasa.

It-tifel ikkonferma li hu flimkien ma’ ommu kienu qed jgħumu qabel ma ommu sparixxiet.

Share With: