L-Għaqda Każini tal-Banda b’appell lis-soċjetajiet tal-banda biex jimxu b’kawtela u prudenza

L-Għaqda Każini tal-Banda appellat lis-soċjetajiet tal-Banda biex ikomplu jimxu b’mod kawt u prudenti fl-isfond ta’ sena partikolari fejn ġejna milquta mill-virus tal-COVID-19. 

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, l-għaqda qalet li hu importanti li nibqgħu nħarsu saħħet il-pubbliku ġenerali u ma nagħmlu xejn li jista’ jippreġudika x-xogħol kbir li sar mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. 

Għalhekk, l-Eżekuttib ta’ din l-Għaqda talab biex is-soċjetajiet tal-banda jimxu b’mod prudenti u matur fl-attivitajiet li jorganizzaw b’rabta mal-festi. Ħeġġet ukoll lill-membri biex jiddeċiedu b’mod kawt u prudenti dwar l-attivitajiet li jorganizzaw b’rabta mal-festa. 

Saħqet li din hi sena partikolari, fejn iċ-ċelebrazzjonijiet għandhom jirriflettu dawn iż-żminijiet. 

Share With: