L-istaġun għal Joel Matip huwa mitmum

Id-difensur ta’ Liverpool, Joel Matip, ħabbar li l-istaġun attwali għalih spiċċa wara li baqa’ ma rkuprax mill-injury li sofra fid-derby ta’ Merseyside kontra Everton aktar minn ġimgħa ilu. F’dawn l-aħħar jiem, il-player mill-Kamerun ta’ 28 sena ipprova jaħdem ferm mal-fiżjoterapista tal-club biex forsi jilħaq l-aħħar logħbiet tar-Reds iżda wara analiżi mit-tobba, ġie stabbilit li aħjar li l-player jistrieħ biex ikun tajjeb għall-bidu tal-istaġun li ġej.

Matip kiteb personalment fuq il-profil tiegħu fuq Twitter li jinsab ferm dispjaċut li ma jistax ikompli jagħti sehmu għat-team immexxi minn Jurgen Klopp għalkemm wiegħed li se jkun tajjeb biżżejjed għall-istaġun li ġej.

Matip ingħaqad ma’ Liverpool fis-sena 2016 mingħand Schalke u minn dakinhar lagħab 85 partita u skorja erba’ goals.

Share With: