L-Italja tirrapporta “l-akbar qabda ta’ amfetamini fid-dinja”… $1 biljun f’pilloli mill-ISIS mis-Sirja

Il-Pulizija Taljana qalet li rnexxielha taqbad rekord ta’ 15-il tunnellata ta’ amfetamini li saru mill-ISIS fis-Sirja. Id-droga, f’forma ta’ 84 miljun pillola Captagon, jiswew madwar €1 biljun ($1.1 biljun). Skont il-Pulizija din hi l-akbar qabda ta’ amfetamini fid-dinja. 

Fl-istqarrija tal-Pulizija ngħad li huma jafu li l-Istat Iżlamiku jiffinanzja l-attivitajiet terrortistiċi tiegħu bit-traffikar tad-droga li ssir fis-Sirja, li fl-aħħar snin saret l-akbar produttur tal-amfetamini. Din il-konsenja kienet moħbija fi tliet kontejners li nstabu fil-post ta’ Salerno, fin-nofsinhar ta’ Napli.

Share With: