Laqgħa kruċjali tal-grupp parlamentari dwar il-futur tal-PN… partitarji jitolbu lis-segwaċi ta’ Delia biex imorru jagħtuh l-appoġġ

Hekk kif illejla mistenni jitlaqqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista fis-6.30 p.m., jidher li hemm partitarji favur il-Kap Adrian Delia li qegħdin iħeġġu lis-segwaċi tiegħu biex imorru quddiem id-Dar Ċentrali u juru l-appoġġ tagħhom. 

Qed jingħad li din il-laqgħa se tkun waħda kruċjali għall-futur tal-Partit Nazzjonalista, fejn possibbilment se jiġi deċiż anke l-futur tal-Kap stess. 

Fl-aħħar jiem, Adrian Delia ssemma wkoll minħabba chats li seta’ kellu ma’ Yorgen Fenech, li hu l-allegat mandant tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 

Share With: