Lautaro Martinez jista’ jibqa’ ma’ Inter
L-Erbgħa skadiet il-klawsola ta’ €111-il miljun li kellu fil-kuntratt tiegħu l-attakkant ta’ Inter, Lautaro Martinez. Huwa għandu 22 sena u għal diversi ġimgħat kien qed jissemma’ li se jingħaqad ma’ Barcelona.
Madankollu, l-attakkant Arġentin mistenni jibqa’ jilgħab fi Stadio San Siro minħabba li l-Blaugrana għadhom ma sabux tarf biex jieħduh fin-Nou Camp.
Aktar rapporti qed jgħidu li l-pandemija tal-coronavirus ħarbtet xi ftit il-pjani finanzjarji tat-team Katalan u għalhekk b’mod gradwali qed jaqtgħu qalbhom li jlaħħqu mad-domanda ta’ Inter.
Lautaro skorja 17-il goal f’37 partita staġjonali … fil-kompetizzjonijiet kollha.