Leeds United promossi għall-Premier League

Leeds United ġew promossi għall-Premier League wara li f’partita miċ-Championship, West Brom sfaw megħluba minn Huddersfield bl-iskor ta’ 2-1.

Dan ifisser li Leeds irritornaw fl-ogħla diviżjoni Ingliża wara nuqqas ta’ 16-il sena.

Leeds jistgħu jsiru champions jekk nhar is-Sibt Brentford jonqsu milli jegħlbu lil Stoke jew inkella huma jieħdu punt kontra Derby, nhar il-Ħadd.

Bla dubju, l-arkitett ta’ dan is-suċċess kien il-coach Arġentin, Marcelo Bielsa, wara sentejn fit-tmexxija tat-team.  

Share With: