Leicester City xorta se jilagħbu f’darhom

Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Leicester City ħabbar li minkejja li kien hemm żieda sostanzjali fil-każijiet tal-coronavirus, huma xorta waħda se jkomplu jilagħbu l-logħbiet tagħhom f’darhom fil-King Power Stadium. 

Kelliem uffiċjali għall-club qal li l-logħbiet skedati fid-dati rispettivi se jsiru xorta waħda għalkemm ammetta li se jkunu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

It-team imissu tliet logħbiet f’daru matul dan ix-xahar fejn wara l-logħba tal-Erbgħa kontra Everton li huma tilfu 2-1, huma se jilagħbu f’darhom kontra Crystal Palace, Sheffield United u Manchester United. Fl-istess waqt huma jridu jmorru barra minn darhom għall-konfronti kontra Arsenal, Bournemouth u Tottenham Hotspur.

Il-Foxes se jkunu qed iżommu mal-protokoll li ngħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa filwaqt li l-players jibqgħu miġburin flimkien.

Share With: