Livorno jneħħu għaxar players mill-iskwadra

Il-club tas-Serie B Livorno qed jiġu investigati wara li l-president Aldo Spinelli neħħa għaxar players mill-iskwadra f’ġurnata waħda biss.

Lukas Zima, Matias Silvestre, Federico Viviani, Luca Rizzo, Michele Rocca, Adrian Stojan, Manuel Marras, Franco Ferrari, Enrico Brignola u Robin Simovic jew ġew rilaxxati mill-kuntratt tagħhom jew inkella ngħaqdu mal-club oriġinali tagħhom wara li għaddielhom il-perjodu ta’ self. 

Dan kollu seħħ wara li “Gli Amaranto” tilfu 2-0 f’darhom kontra Venezia li ħalliethom f’pożizzjoni prekarja fil-klassifika hekk kif jinsabu 12-il punt bogħod mis-salvazzjoni.

Spinelli, li llum il-ġurnata għandu 80 sena, irraġuna li issa t-team għandu sieq waħda fis-Serie C u għalhekk ma xtaqx jaħli r-riżorsi u l-flus tiegħu aktar.

Minkejja kollox, Spinelli jista’ jiġi akkużat li ma mexiex mal-valur ta’ sens sportiv meta qed jonqos milli jkollu skwadra kompetittiva għal din il-kategorija.

Share With: