Lorenzo Insigne viċin kuntratt twil ma’ Napoli

Lorenzo Insigne għal dejjem ma’ Napoli? Din hi mistoqsija komuni li għaddejja f’moħħ il-partitarji Partenopei hekk kif bħalissa dan il-player ta’ 29 sena, li issa jista’ jitqies bħala veteran, għaddej minn forma mill-aqwa tant li skorja sitt goals f’31 partita u wettaq diversi assists lejn sħabu.

F’dan ir-rigward kien qed jitkellem l-aġent tal-player, Vincenzo Pisacane, li qal li għalissa għadu kmieni sabiex wieħed isemmi li Insigne jista’ jġedded il-kuntratt. Pisacane qal li se jħalli dan l-istaġun jispiċċa imbagħad jagħmel laqgħa miegħu u mad-diriġenti tal-club. Minkejja kollox huwa deher fiduċjuż li tinstab xi forma ta’ ftehim.

Insigne lagħab 264 partita ma’ Napoli u skorja 64 goal.

Share With: