Luka Jovic imsemmi ma’ AC Milan

L-attakkant ta’ Real Madrid, Luka Jovic, sar objettiv primarju għal AC Milan li qed ifittxu sostitut denju għal Zlatan Ibrahimovic li mistenni jitlaq mill-belt tan-naħa ta’ fuq tal-Italja fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Fl-istess waqt, id-diriġenti Rossoneri qed jaraw ukoll il-progress tal-attakkant ta’ Roma, Patrik Schick, li f’każ li ma jmurx Jovic, ikollhom alternattiva oħra.

Jovic ilu jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Milan iżda b’xi mod jew ieħor qatt ma kien hemm żvilupp f’dan ir-rigward.

Fl-istess waqt dan il-player Serb jogħġob ħafna lid-direttur tekniku Ralf Rangnick u għalhekk iktar hemm possibbiltá li sa fl-aħħar dan it-trasferiment iseħħ.

Share With: