“Ma jistax ikun li biex issir sinjur toqtol lin-nies!”; Ir-reazzjoni ta’ mara li parti mid-dar tagħha ċediet f’inċident ta’ kostruzzjoni s-sena li għaddiet

“Ma jistax ikun li biex issir sinjur toqtol lin-nies!” Hekk irreaġixxiet Janet Walker, il-mara li s-sena li għaddiet ċedielha parti mill-ħajt tar-residenza tagħha fi Gwardamangia, liema residenza tinsab biswit sit ta’ kostruzzjoni.

Walker uriet ir-rabja tagħha għat-traġedja ta’ dalgħodu f’Bormla minuti biss wara li ġriet l-aħbar li ħaddiem barrani kien tilef ħajtu wara li ċeda ħajt f’sit ta’ kostruzzjoni.

Ħaddiem Malti li kien fl-istess sit sofra ġrieħi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Intant fil-kumment li għamlet fuq il-midja soċjali, Walker qalet “istħu jekk tafu kif! Mijiet ta’ nies imwerwrin kuljum u għandhom għalxiex! Tafdaw lil ħadd!”

Share With: