Malang Sarr fir-radar ta’ Arsenal

Arsenal huma l-favoriti li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali Franċiż, Malang Sarr. Huwa għandu 21 sena u jinsab fuq il-kotba ta’ Nice. Huwa naqas milli jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ dan il-club biex bħalissa jinsab bħala aġent ħieles.

Il-Gunners mistennija jegħlbu l-isfida ta’ RB Leipzig, Inter, Milan u Napoli li wkoll kienu qed isegwu l-progress tiegħu.

Sarr huwa difensur ċentrali li spikka ferm mat-team min-naħa t’isfel ta’ Franza. Huwa lagħab 102 partiti filwaqt li skorja tliet goals.

Sarr qal li wasal iż-żmien li jibda avventura ġdida u huwa għalhekk li qed jistenna xi offerti minn dawn il-clubs prospettivi.

Share With: