Malta b’124 pulizija mara u 105 suldati nisa

Tagħrif impoġġi fil-Parlament juri li hawn 124 pulizija mara u 105 suldati nisa.

Sat-13 ta’ Lulju li għadda fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 124 pulizija mara bl-ogħla kariga tkun dik ta’ Assistent Kummissarju. Mill-bqija hemm erba’ supretendenti, 27 spettur, waħda fir-‘rank’ ta’ maġġur tat-tieni klassi u 91 surġent.

Fir-rigward tal-armata, sad-9 ta’ Lulju li għadda kien hemm 14-il uffiċjal fosthom logutenent kurunell, 86 fi gradi oħra u ħames uffiċjali bħala riżerva.

Kien il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri li ta din l-informazzjoni għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Share With: