Maltco Lotteries tniedi l-ewwel logħba bbażżata fuq l-intelliġenza artifiċjali permezz tal-“U*Bet Simulated Reality Games”

Id-ditta ewlenija tal-betting f’Malta tħabbar li se tkun qed testendi l-portafoll tal-logħob sportiv tagħha b’kunċett uniku

Maltco Lotteries, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju ħabret it-tnedija tal-U*BET ‘SIMULATED REALITY GAMES’ li jinkludi firxa ta’ logħob tal-futbol u tennis iġġenerati minn l-intelliġenza artifiċjali (AI). L-offerta l-ġdida hija offruta mill-kumpanija ewlenija ta’ Maltco Lotteries, INTRALOT.

L-introduzzjoni l-ġdida se tinkorpora avvenimenti ‘Pre-Game’ u anke dawk ‘Live’ fejn il-ġukaturi se jibbenifikaw minn għazla vasta ta’ bets li se jiġu offruti matul id-90 minuta tal-partita. ‘SIMULATED REALITY GAMES’ li hija logħba pprovduta minn ‘SPORTRADAR’, tikkonsisti f’logħob ġġenerat minn ‘software’ li juza intelliġenza artificjali sabiex jirrifletti l-proċess u r-regoli tal-logħob reali. L-avvenimenti ġġenerati, huma bbażati fuq statistika u l-prestazzjoni tat-timijiet reali involuti fil-partita issimulata fejn ir-riżultat jiġi ddeterminat permezz ta’ RNG (Random Number Generated) iċċertifikat.

Fl-okażżjoni tat-tnedija ta’ dan il-prodott, iċ-Chief Executive Officer ta’ Maltco Lotteries, Vasileios Kasiotakis qal li l-kumpanija hija ħerqana li tkompli iżżid l-offerta tagħha tal- isportsbook bi swieq innovattivi mmirati sabiex jattiraw lid-dilettanti tal-isport. “Bħala l-pijunieri u aministratturi ewlenin tal-betting f’Malta, aħna nħossuna fid-dmir  li noffru l-iktar prodott estenssiv lill-aġenti tagħna sabiex jkunu jistu’ joffru esperjenza ta’ logħob unika  fil-fergħat ta’ Maltco, li joperaw f’ambjent sigur konformi mal-miżuri ta’ distanza soċjali filwaqt li jsegwu r-regolamenti ta’ l-AML u jipprovdu divertiment permezz ta’ portafoll vast ta’ logħob li ġie iddisinjat speċifikament fuq prinċipju ta’ logħob responsabbli”.

Intant, Dr. Chris Dimitriadis, iċ-Chief Ececutive Officer ta’ INTRALOT’s Group qal li, “bl-introduzzjoni tal-‘U*BET Simulated Reality’, il-kumpanija se tibqa inpenjata sabiex tofri esperjenza ta’ logħob ta’ livell internazzjonali lill-partners tagħha f’Malta biex b’hekk ikunu f’pożizzjoni li joffru logħob interattiv lill-ġukaturi tagħhom.”

U*BET ‘Simulated Reality’ ġiet mnedija nhar il-Ġimgħa 17 ta’Lulju 2020 u tkopri kampjonati u kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ l-ogħla livell inkluż il-Premier League Ingliż, is-Serie A Taljana, il-kampjonat Spanjol La Liga, il-kampjonat  Ġermaniż Bundesliga, il-kampjonat Franciż Ligue 1, il-UEFA Champions League u l-Ewropa League. 

 Għall-aktar informazzjoni dwar U*BET Simulated Reality il-ġukaturi huma mħeġġa jżuru is-sit elettroniku tal-kumpanija, il-paġni tal-midja soċjali jew iċemplu fuq il-linja ta’ l-assistenza ta’ Maltco +356 23883333 li hija miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd bejn is-06:00 u t-20:00.

Share With: