Man City iridu lil Raul Jimenez ta’ Wolves

L-appell suċċess li kellhom Manchester City quddiem il-CAS waqt is-smigħ tas-sospensjoni li kellu jkollhom minħabba rregolaritajiet fil-Financial Fair Play, se tkompli tirriżulta f’waħda fil-pożittiv meta issa jistgħu jħarsu ‘l quddiem biex jakkwistaw aktar players.

Wieħed minn dawn huwa l-attakkant Messikan ta’ Wolverhampton Wanderers, Raul Jimenez. Dan il-player ta’ 29 sena spikka ferm matul dan l-istaġun.

Għaldaqstant, id-diriġenti tas-City huma lesti li joffrulu kuntratt attraenti li ftit jista’ jżommu milli jingħaqad magħhom.

Jimenez lagħab 73 logħba ma’ Wolves u skorja 29 goal. Fil-passat huwa kien jilgħab ma’ America, Atletico Madrid u Benfica.

Share With: