Man Utd jinsistu fuq Jack Grealish

Manchester United għadhom qed jinsistu biex jiksbu l-firma tal-winger żagħżugħ ta’ Aston Villa, Jack Grealish. Dan il-player huwa meqjus bħala versatili minħabba li kapaċi jaqdi r-rwol f’nofs il-ground tant tajjeb, tant, li l-coach Ole Gunnar Solskjaer ilu jsegwi lil dan il-player.

Wara li kisbu kwalifikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League, Solskjaer informa lid-diriġenti tiegħu biex tissaħħaħ l-iskwadra.

Grealish jixtieq post fl-ewwel 11 u garanzija li jilgħab b’mod regolari mar-Red Devils.

Matul l-istaġun li għadu kemm spiċċa, Grealish lagħab 41 partita, skorja għaxar goals u wettaq tmien assists bejn il-logħob tal-kampjonat Premier, l-FA Cup u l-League Cup.

Share With: