Man Utd jwarrbu l-interess għal Moussa Dembele

Manchester United ħabbru li mhux se jibqgħu isegwu l-progress tal-attakkant ta’ Olympique Lyon, Moussa Dembele. Dan tal-aħħar kien ilu jiġi segwit mid-diriġenti tar-Red Devils tant li kkuntattjaw lill-aġent tiegħu. 

Iżda wara l-akkwist ta’ Jadon Sancho u l-fatt li Paul Pogba mistenni jkompli magħhom, l-ogħla awtoritajiet tal-United iddeċidew li jwarrbu kull idea ta’ trasferiment eventwali.

Kienu Arsenal u Paris St Germain li ħadu pjaċir b’din l-aħbar hekk kif baqgħu għaddejjin bit-trattattivi biex jaslu għal dan il-player ta’ 23 sena li skorja 31 goal f’60 logħba mat-team Franċiż.

Dembele kellu wkoll esperjenzi ma’ Fulham u Celtic.

Share With: