Man Utd wara Pau Torres

Manchester United ingħaqdu ma’ Barcelona fit-taqtiegħa sabiex jiksbu s-servizzi tad-difensur żagħżugħ ta’ Villareal, Pau Torres. Huwa għandu 23 sena u ilu ma’ Los Amarillos sa mis-sena 2016 fejn lagħab 94 partita u skorja erba’ goals. Dan il-player lagħab ukoll b’self ma’ Malaga fl-istaġun 2018-19.

Ir-Red Devils iridu players ta’ talent li fl-istess waqt kisbu esperjenza internazzjonali ma’ timijiet oħra. Torres huwa wieħed minnhom u issa jrid ikun it-team minn Manchester li jagħmlu offerta tajba sabiex jegħlbu l-isfida ta’ Barcelona.

Pau Torres kellu ċ-ċans jiddebutta mat-team nazzjonali Spanjol matul is-sena l-oħra u hu meqjus bħala d-difensur tal-futur fi  Spanja.

Share With: