Manchester City kontra Lyon jew Juventus fil-kwarti-finali taċ-Champions League

Manchester City se jkunu qed jiffaċċjaw lil Lyon jew lil Juventus fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League jekk iżommu l-vantaġġ li għandhom tal-ewwel leg kontra Real Madrid.

Manchester City għandhom vantaġġ ta’ 2-1 wara l-ewwel leg mir-round tal-Aħħar 16, li ntlagħab qabel it-tournament ġie sospiż minħabba l-coronavirus.

Il-kwarti-finali, semi-finali u finali se jkunu qed jintlagħbu fi spazju ta’ 12-il ġurnata fil-Portugall.

Chelsea jistgħu jiffaċċjaw lil Barcelona jew Napoli fil-kwarti tal-finali iżda jinsabu fi żvantaġġ ta’ 3-0 kontra Bayern Munich fl-aħħar partita mir-round tal-Aħħar 16.

Iż-żewġ timijiet Ingliżi jiltaqgħu fis-semi-finali jekk jegħlbu l-isfida tal-avversarji rispettivi tagħhom.

Manchester City – li qed jippruvaw jirbħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba – huma l-favoriti flimkien maċ-champions Ġermaniżi, Bayern Munich.

Atletico Madrid, li eliminaw liċ-champions renjanti Ewropej u rebbieħa l-ġodda tal-Premier League Liverpool, se jkunu qed jiffaċċjaw lill-Ġermaniżi RB Leipzig fil-kwarti-finali.

It-Taljani Atalanta, rebbieħa tal-aħħar 11-il partita fil-kompetizzjonijiet kollha – se jilagħbu kontra l-Franċiżi Paris St Germain, li ilhom ma jkunu fl-azzjoni sa mill-11 ta’ Marzu wara li l-istaġun domestiku tagħhom ġie abbandunat.

Il-poloz kollha

Il-kwarti tal-finali kollha se jkunu qed jintlagħbu bejn it-12 u l-15 ta’ Awwissu. Il-kumplament tal-fixtures mir-round tal-aħħar 16 jintlagħbu bejn is-7 u t-8 ta’ Awwissu.

1) Real Madrid jew Manchester City v Lyon jew Juventus

2) RB Leipzig v Atletico Madrid

3) Napoli jew Barcelona v Chelsea jew Bayern Munich

4) Atalanta v Paris St-Germain

Round tal-aħħar 16 – L-Ewwel Leg – Bayern Munich v Chelsea (3-0); Barcelona v Napoli (1-1); Manchester City v Real Madrid (2-1); Juventus v Lyon (0-1)

Semi-finali – jintlagħbu bejn it-18 u d-19 ta’ Awwissu

Rebbieħ tal-ewwel kwarti tal-finali v rebbieħ tat-tielet kwarti tal-finali

Rebbieħ tat-tieni kwarti tal-finali v rebbieħ tar-raba’ kwarti tal-finali

Il-kompetizzjoni tintemm f’tourament knockout bi tmien timijiet fil-Portugal bejn it-12 u t-23 ta’ Awwissu.

It-tieni leg tar-round tal-aħħar 16 se jkun qed jintlagħab bejn is-7 u t-8 ta’ Awwissu u t-timijiet li għandhom jilagħbu ġewwa darhom se jkunu jistgħu jagħmlu dan fl-istadia rispettivi tagħhom.

Iżda meta jibdew il-kwarti-finali nhar it-12 ta’ Awwissu, il-partiti kollha fil-kompetizzjoni se jkunu qed jintlagħbu fuq logħba waħda fl-Istadium ta’ Sporting Lisbon, Estadio Jose Alvalade.

Is-semi-finali se  jintlagħbu bejn it-18 u d-19 ta’ Awwissu u l-finali, fl-Istadium tal-Benfica, Estadio do Sport Lisboa e Benfica, fit-23 ta’ Awwissu.

Il-UEFA implimentat l-istess regola tal-ħames sostituti bħalma sar fil-Premeir League fl-Ingilterra għall-kumpament tat-tournament u żieda addiżżjonali tista’ ssir fil-ħin barrani.

Bottom of Form

Share With: