Manchester United viċin Jadon Sancho?

Manchester United jinsabu favoriti li jiksbu l-firma tal-winger internazzjonali Ingliż Jadon Sancho. Dan il-player għandu 20 sena u ilu rreġistrat fil-kotba ta’ Borussia Dortmund għal tliet snin sħaħ u kkontribwixxa għal 30 goals f’81 partita.

Minkejja kollox, ir-Red Devils iridu joqogħdu attenti minn clubs oħra tal-Premier League Ingliż li wkoll qed ifittxu s-servizzi tiegħu.

Min-naħa tiegħu, Sancho jinsab lest li jibda avventura fl-ogħla kampjonat Ingliż li fil-veritá qatt għadu ma lagħab fih. Fil-fatt huwa kien jagħmel parti mill-akkademji ta’ Watford u Manchester City.

Bosta jsostnu li dan il-player se jkun pedina importanti mat-team nazzjonali Ingliż immexxi mill-coach Gareth Southgate, dejjem jekk iżomm saqajh mal-art.

Share With: